President

Dr OLIVER DE GAETANO

President

Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina

Dr. Oliver de Gaetano ggradwa bħala Avukat, tlettax-il sena ilu. Wara li kiseb il-warrant tiegħu biex jipprattika bħala Avukat fil-gżejjer Maltin sussegwentement kompla l-istudji tiegħu u rċieva wkoll taħriġ legali barra minn Malta. Il-qasam ewlieni ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu hija hija l-liġi kummerċjali, fejn eċċella mhux biss bħala Konsulent Legali iżda wkoll fil-qasam tal-litigazzjoni. Fil-fatt iddefenda b’suċċess diversi każi, anke fuq livell Kostituzzjonali. Barra minn hekk, huwa gradwat fil-Liġi Ewropea, u segwaċi akkanit tal-Liġi Ewropea, u tul il-karriera tiegħu attenda diversi gruppi ta' ħidma fi ħdan l-istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea

Hawnhekk huwa rrappreżenta l-interessi lokali meta kien meħtieġ li jintlaħaq ftehim komuni dwar it-test tad-Direttivi u strumenti leġiżlattivi oħra, u kien ukoll responsabbli għat-traspożizzjoni tagħhom. Dr de Gaetano huwa mexxej ta’ tim naturali b’ħiliet ta’ komunikazzjoni effettivi, etika b’saħħitha u sens ta’ empatija, li għandu l-abbiltà li jidentifika l-funzjonijiet varji f’kompitu speċifiku u, fejn meħtieġ jiddelega l-operazzjonijiet kif xieraq.

Huwa nħatar President tal-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina fl’Lulju ta’ 2022, fejn kien strumentali fil-ħolqien ta’ ambjent pożittiv, iż-żamma tal-moral tat-tim kif ukoll l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol b’saħħithom mal-membri kollha tal-Kunsill. Bħalissa, huwa wkoll Kunsillier Lokali u Minority Leader fir-raħal ta’ Ħal Balzan. . Huwa profiċjenti f’erba’ lingwi, jiġifieri l-Malti, l-Ingliż, it-Taljan u l-Franċiż.