MERĦBA
Merhba ghall-websajt ufficjali tal-Kunsill Ghall-Professjonijiet Kumplimentari ghall-Medicina u bhala professjonisti tas-sahha, ahna nistednukom biex izzuru din il-websajt informattiva taghna.
L-objettiv ta dan il-Kunsill huwa li nżommu l-ogħla standards kemm fl-etika, kif ukoll fil-kompetenza fil-kura tas-saħħa. L-ghan principali tagħna huwa li niżguraw il-benesseri u s-sigurtà tal-pazjenti u naghtu support kontinwu lill-professjonisti kollha.
Din il websajt toffri taghrif digitali u riżorsi ta’ informazzjoni biex infirxu l-għarfien fejn tidhol il-kura u is-saħħa tal-bniedem.

Informazzjoni
l-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina jipproteġi lill-pubbliku billi jirregola 20 professjoni tal-kura tas-saħħa f’Malta u jżomm Reġistru għal kull professjoni għal dawk l-individwi kollha li jilħqu l-istandards meħtieġa.
Il-Kunsill jikkonsisti (12) fit-tnax il-membru (magħmul minn (10) ghaxar Professjonisti u membru lajk) u li huwa immexxi minn President. Dawn il-professjonisti li gejjin kemm mis-settur privat kif ukoll mis-settur publiku, jinghaqdu flimkien ma professjonisti ohra appuntati mill-istess Kunsill biex jiffurmaw gruppi ta’ sottokumitati biex jevalwaw il-kwalifiki ta’ individwi tal-UE u mhux tal-UE li jridu jipprattikaw f’Malta.
Ladarba l-Kunsill ikun ivvaluta u jikkonferma li l-individwu jissodisfa l-kriterji kollha meħtieġa jingħata Ċertifikat finali għar-reġistrazzjoni.